Mhux l-ewwel darba li l-ħidma tal-parroċċi l-kleru u l-lajci mpenjati fil-komunita, ngħaqqduha biss mal-liturgija u l-festi. Il-ħidma tad-djakonija, fi kliem iehor is-sostenn lil kull min b’xi mod isib ruħu f’sitwazzjoni ta diffikulta, li hu dmir ċentrali għal kull min jgħodd ruħu b’nisrani, ma tieqafx. Biżżejjed insemmu li l-parroċċi maltin filwaqt li jaħdmu id-f’id ma entitajiet soċjali kemm tad-djocesi kif ukoll ta’ l-istat, mmexxija bil-ħidma tal-Kappillani l-kleru u volontiera lajċi jsostnu madwar 1300 familja bi bzonnijiet bazici bhal ikel, hwejjeg, affarijiet tal-hasil u ndafa, bzonnijiet ghall-iskola tat-tfal u ohrajn. Dan barra hidmiet varji ma gruppi bhall-anzjani, persuni b’dizabilita, ommijiet zghazagh, u gruppi ohra li barra li jigu mgħejuna fil-bzonnijiet immedjati, jinghataw mezzi u opportunitajiet biex jagħrfu wkoll li huma wkoll ghandhom x’joffru lill-komunita li jghixu fiha, u mhuwiex il-bzonn li jiddefinixxi min huma bhala persuni imma fuq kollox id-doni u t-talenti uniċi li ġġor kull persuna. “ħalaq il-bniedem xbiha tiegħu”  (Ġen 1, 27)

Dwar dan tkellmu ma l-istudenti tal-iskola primarja tal Kullegg San Alwigi, numru ta kappillani u operaturi pastorali minn parrocci varji matul il-kampanja “Embrace the Poor Week” organizzata mill-istess kulleġġ f’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju Djakonija Parroċċi fi ħdan il Caritas. Kull klassi kienet abbinata ma parroċċa, u matul waħda mil-lezzjonijiet, peruna mpenjati fil-ħidma tal-parroċċi jew il-kappillan, spjegaw lill-istudenti din il-hidma u fuq kollox l-importanza li niftakru li lkoll kemm ahna benefatturi u beneficjarji tal-hidma li naghmlu ghall-komunita u dawk fosta li l-iktar ikunu fil bzonn. Li n-nies fil-bżonn kapaci jkunu il-familjari u l-ġirien tagħna u li kulħadd, fiċ-ckejken tiegħu jista joffri mqar impenn zgħir biex ebda persuna ma tiddubita li haqqa tgħix b’dinijita u ghanda post uniku apprezzat fil-komunitajiet tagħna. Kien hemm min spjega kif qatt ma ħaseb qabel kif persuna tista tkun iżolata f’darha semplicement għax ma tiflaħx tinzel jew titla taraġ.

Il-klassijiet skond l-eta’ gew ipprezentati b’hidma li ssir ma gruppi varji, bil-klassijiet ta l-ewwel sena jisimghu fuq hidmiet ma l-anzjani, filwaqt li dawk tas-sitt sena jisimghu dwar hidma socjali ma sitwazzjonijiet iktar kumplessi. 

Kull laqgha kienet esperjenza sabiha fejn mhux biss ġie apprezzat u ċċelebrat dak li jsir imma t-tfal imbaghad ħadu l-impenn li jippreparaw kartolini b’messaggi ta kuraġġ kemm lin-nies fil-bzonn kif ukoll lill-volontiera mpenjati. Bit-tama wkoll, li meta jbattu l-protokolli tal-pandemija, ikunu jistghu jsiru anke laqghat fizici ma dawn il-parrocci u l-hidma tad-djakonija. Il-ġimgħa inkludiet ukoll laqgħa mal-ghalliema u l-istaff tal-iskola.

F’din l-inizzjattiva l-parroċċi kienu rappreżentati mill-parroċċi ta’ San Giljan, Pembroke l-iMtarfa, Mscala, Cospicua, Hamrun, Marsa, Bkara SGH, BBugia, Xghajra, Valletta Santu Wistin, il-Floriana u l-Iklin

Messaġġi tal-kappillani rigward l-inizjattiva Embrace the Poor Week

Li l-edukazzjoni formali tkun indirizzata wkoll biex l-istudenti li jieħdu sehem fiha tgħinhom jinfetħu għal min ikun f’xi bżonn fis-soċjeta’ – anki bi ħwejjeġ sempliċi bħal kartolini b’xewqat tajba li jagħmlu huma stess – dan huwa investiment mhux żgħir.

Fr Rene’ Vella – Kappillan Parroċċa Mtarfa

F’kull sitwazzjoni nistgħu niftħu qalbna għall-oħrajn, nivvintaw modi kif naqsmu kelma ta’ kuraġġ. U f’kull eta’! Anki mill-iskola nista’ nagħmel il-ġid. U ġid sabiħ għax ma naħdimx waħdi imma mal-oħrajn. Il-ħajja tagħna u ta’ ħaddieħor tista’ tkun isbaħ meta naħsbu f’ħaddieħor flimkien! Grazzi tal-kliem u għemil ta’ kuraġġ tagħkom.

Fr Anton Galea Scannura – Kappillan Parroċċa Birżebbuġa

Kemm hi ħaġa ta’ min jinkuraġġiha li t-tfal minn eta’ żgħira jitrawmu f’ ambjent illi jkunu konxji li hawn nies madwarhom li minħabba iċ-ċirkostanzi tal-ħajja jkunu qegħdin ibatu.  Permezz tat-tagħlim ikabbru fihom aktar is-sens ċiviku, iżda wkoll ikunu qegħdin jiġu esposti għall-valuri insara meħuda mis-silta ta’ Mattew kapitlu 25.

Fr Reuben Micallef – Kappillan Parroċċa Pembroke

‘Bħala parroċċa, apprezzajna ħafna dan il-ġest sabiħ minngħand it-tfal u l-għalliema tal-iskola Primarja tal-Kulleġġ San Alwiġi. Kemm il-friendship cards minn tfal għat-tfal kif ukoll il-cards t’ apprezzament mit-tfal lill-katekisti għall-ministeru li jwettqu, b’imħabba u dedikazzjoni biex Ġesu’ jkun magħruf u maħbub. Hija ħaġa sabiħa li l-ambjent tal-iskola u l-ambjent tal-parroċċa jiltaqgħu għas-servizz tat-tfal, żgħażagħ u familji tagħna.’

Fr Keith Bonnici – Kappillan Iklin