
Meta faqqa t-terremot fit-Turkija u s-Sirja il-Parroċċi Maltin irrispondejna flimkien ma’ oħrajn għas-sejħa għall-għajnuna.
Forsi ninsew li eluf ta’ nies għadhom hemm, u jipprovaw jibnu ħajjithom mill-ġdid.
SOS Malta organizzazzjoni maltija li bniet isem għaliha f’dawn is-sitwazzjonijiet umanitarji u ta’ emergenza, kienet minn ta’ l-ewwel li marret fuq il-post.
Ir-rappreżentanti ta’ SOS Malta illum waslu biex ingħataw roqgħa art fejn bnew villaġġ ta’ tined għal 70 familja b’tinda kbira biex tintuża bħala skola fin-nofs.
Wara taħdidiet bejn Vigarjat Djakonija, MCYN u SOS Malta qed nipproponu li nidħlu f’kollaborazzjoni biex:
- Insostnu lil dawn ħutna fil-bżonn billi bħala parroċċi/djoċesi nghinu biex jinxtraw coolers biex is-sħana tas-sajf ma twaqqafx il-ħidma fil-villaġġ.
- Noffru esperjenza ta’ ġimgħatejn fil-villaġġ malti lil rappreżentanti mill-parroċċi maltin matul is-sajf (inkluz taħrig u sostenn)
- Naħdmu flimkien biex l-esperjenza tal-maltin f’dawn is-sitwazzjonijiet tkun tista’ tinqasam u titkompla fil-komunitajiet parrokkjali u lokali tagħna
IL-VILLAĠĠ MALTI MMEXXI MINN SOS MALTA
Villaġġ ta’ 70 tinda mibni u mmexxi min SOS Malta għal 70 familja u tinda oħra li tintuża bħala skola għat tfal. Parti mill-villaġġ ta Reyhanli, fir-reġjun tat-Turkija msejjaħ Hatay, 65 kilometru biss il-bogħod minn Aleppo fis-Sirja.
IL-BŻONN URĠENTI
Bħal f’pajjiżna is-sajf f’dan ir-reġjun huwa kiefer. Forsi iktar minn tagħna. Żgur li kif nafu t-tined isiru fran fix-xemx. Is-soluzzjoni possibbli hi li kull tinda jkolla cooler u fuq it-tinda ezistenti tintrama fly-sheet (qisu l-materjal l-ahdar li nużaw Malta biex ikollna d-dell). Dawn jinxtraw minn post viċin u jiġu installati minn nies tal-post taħt it tmexxija tar-rappreżentanti ta’ SOS Malta.
Kull cooler, flysheet u struttura jiswa 300 Ewro
IL-PROPOSTA
Qed nistiednu lil parroċċi maltin jieħdu impenn li jiffinanzjaw cooler u struttura tad-dell ghal tinda jew aktar.
Aħna nipprovdu materjal li bih ninfurmaw il-komunita, nilqgħu mistoqsijiet biex in-nies ikunu nfurmati aħjar u jkun hemm sit elettroniku fejn l-iżvilupp fil-villaġġ jkun jista jigi segwit permezz ta ritratti u kitbiet.
Nistiednu nies ta ‘l fuq minn 18 il-sena li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar l-opportunita ta gimghatejn volontarjat fil-villagg matul is-sajf biex ikellmuna
Naħdmu mal-parroċċi maltin biex biex l-esperjenzi li membri tal-komunitajiet tagħna jagħmlu barra minn malta fosthom din, isibu għalqa għammiela fil-parroċċi tagħna.
Dan permezz ta’ opportunitajiet ta formazzjoni, u azzjoni li niżviluppaw flimkien miegħek bħala kappillan skond il-bżonn fil-komunita tiegħek