L-aqwa investiment huwa fin-nies. It-taħriġ isarraf fi kwalita ta’ servizz aħjar, fehma akbar ta’ x’ifisser servizz pastorali ta’ djakonija u bosta ħwejjeg oħra.

Il-Fond Djakonija Parroċċi ta LOOP – DJAKONIJA PARROĊĊI jgħinek toffri t-taħriġ lil operaturi preżenti jew oħrajn li jista’ jkollom interess.

SER NOFFRU 10 POSTIJIET TA’ TAĦRIĠ B’XEJN GĦAL NIES INTERESSATI U REFERUTI MINN KAPPILLANI GĦALL-KORS: Emotional Support in the Community – Jibda 02/09/2022 sa 30/09/2022 – 5 sessjonijiet – Darba Fil-ĠimgħaGħal aktar dettalji inżel l-isfel f’din il paġna.

BIEX BHALA KAPPILLAN TAPPLIKA GĦAL KORS SPONSORJAT: (Jekk issib diffikulta cempel 79822886)

  1. Fuq is-sit parrocci.knisja.mt idħol bil-username u l-password tiegħek
  2. Fuq l-iscreen n-naħa ta’ fuq/lemin għazel “user area”
  3. Minn fost iċ-ċrieki bir-ritratt għażel “Talbiet u Notifiki”
  4. Inżel isfel nett tal-paġna u ssib buttuna “Sponsorja Kors mal-PFI”

Importanti li l-persuna tkun reġistrata bħala Operatur/Operatriċi Pastorali

Biex tagħmel dan

  1. Fuq is-sit parrocci.knisja.mt idhol bil-username u l-password tiegħek
  2. Fuq l-iscreen n-naħa ta’ fuq/lemin għażel “user area”
  3. Minn fost iċ-ċrieki bir-ritratt għażel “Database Operaturi Pastorali”

Informazzjoni Dwar il-KorsEmotional Support in the Community

F’dan il-kors qasir ta’ 5 ġimgħat l-operatur pastorali jkollu l-opportunità li:
– jitgħallem kif jisma’ u jirrispondi b’mod li l-persuna ta’ quddiemu tħossha mifhuma;
– jitgħallem kif joffri appoġġ bażiku lil ħaddieħor waqt li jibqa’ jieħu ħsieb tiegħu nnifsu;
– jkun jaf meta għandu jirreferi persuna għal għajnuna professjonali.

Dan il-kors huwa mmirat għal dawk il-persuna li qatt ma kellhom taħriġ jew studju fil-psikoloġija.

Il-kors se jsir il-Mosta ħdejn il-grawnd tal-futbol fiċ-Ċentru Pastorali Ta’ Mlit matul il-5 Ġimgħat ta’ Settembru mill-counsellor Joseph Pellicano u s-social worker Marisa Gatt.
L-applikazzjonijiet jagħlqu fit-18 t’Awwissu.

Għal aktar tagħrif u biex tapplika idħol f’dil-ħolqa: https://pfi.edu.mt/course/emotional-support/